Coronavirus Turiżmu

Aktar pajjiżi Ewropej ikomplu jiftħu għat-turisti

Mil-lum, il-Greċja u Ċipru fetħu uffiċjalment l-istaġun turistiku. Dan hekk kif iż-żewġ pajjiżi qed jippjanaw li jerġgħu jibdew jirpiljaw wara d-daqqa tal-pandemija.

L-operatur Ingliż TUI ħabbar li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar se jiġu organizzati 120 titjira lejn il-gżejjer Griegi. Il-Greċja diġa’ laqqmet 4 miljun persuna.

L-Awstrija minn naħa tagħha se tkun qed tiftaħ għat-turisti mill-ġimgħa d-dieħla. Dan wara li l-pajjiż ikkontrola bl-aqwa mod il-firxa tal-pandemija.

Mid-19 ta’ Mejju, l-awtoritajiet Awstrijaċi se jkunu qed jilqgħu anke viżitaturi mill-Awstralja, New Zealand, l-Iżlanda u Singapore.