Sport Sport Ieħor

Caleb Ewan jirbaħ is-seba’ stadju tal-Giro D’Italia

(Ritratt: Eurosport)

Is-seba’ stadju tal-Giro D’Italia li jibda minn Notaresco u jintemm f’Termoli, ntrebaħ minn Caleb Ewan għat-tieni rebħa tiegħu fil-Giro D’Italia ta’ din is-sena. L-Awstaljan daħal fl-aħħar tliet kilometri mdawwar minn sħabu tal-istess tim iżda Fernando Gaviria ta’ UAE Team Emirates kien l-aktar kompetitur viċin Ewan, fejn fl-aħħar 500 metru offra kompetizzjoni ħarxa lir-rebbieħ tas-seba’ stadju.

Fit-tieni post temm Davide Cimolai ta’ Israel StartUp Nation filwaqt li Tim Merlier ta’ Alpecin Fenix spiċċa fit-tielet post. Minkejja l-isforzi tiegħu Gaviria temm biss fis-seba’ post, b’ Attila Valter jirnexxielu jiddefendi l-flokk ir-roża għat-tmien stadju.