EURO 2020 Futbol Sport

Frank De Boer isejjaħ skwadra proviżorja ta’ 34 plejer

Il-kowċ tal-Olanda Frank De Boer ħabbar l-iskwadra proviżorja ta’ 34 plejer għall-Euro 2020 bl-esklużjoni ta’ Virgil van Dijk u Sven Botman, difensur li ta’ Lille fi Franza. Filwaqt li van Dijk ħabbar hu stess li mhux se jilħaq jirkupra mill-injury tiegħu fil-ħin għall-Euro 2020, l-esklużjoni ta’ Botman kienet sorpriża minħabba l-istaġuni pożittiv li kellu ma’ Lille, li jinsabu rebħa ‘l bod mir-rebħ tal-Ligue 1.

Gowlkipers: Bizot (AZ), Cillessen (Valencia), Krul (Norwich), Stekelenburg (Ajax). Difensuri: Van Aanholt (Palace), Ake (Manchester City), Blind (Ajax), Dumfries (PSV), Hateboer (Atalanta), Karsdorp (Roma), De Ligt (Juventus), St. Juste (Mainz 05), Tete (Fulham), Timber (Ajax), Veltman (Brighton), De Vrij (Inter Milan), Windal (AZ). Midfielders: Van de Beek (Manchester United), Gravenberch (Ajax), Frenkie de Jong (Barcelona), Klaassen (Ajax), Koopmeiners (AZ), De Roon (Atalanta), Vilhena (FK Krasnodar), Wijnaldum (Liverpool). Attakanti: Berghuis (Feyenoord), Bergwijn (Tottenham), El Ghazi (Aston Villa), Gakpo (PSV), L. De Jong (Sevilla), Malen (PSV), Memphis (Lyon), Promes (Ajax), Weghorst (Wolfsburg).

Min aktar ma kienx msejjaħ mal-iskwadra Olandiża?

Ma ġewx mgħajjtin ukoll plejers veterani u ta’ esperjenza mat-tim Olandiż fosthom il-plejers Ryan Babel, Kevin Strootman u Arjen Robben li fl-aħħar ġimgħat kien hemm l-ispekulazzjoni li seta’ jagħmel ir-ritorn tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż. Mistoqsi jekk kienx jaċċetta li jkun parti mill-iskwadra Olandiża s-sajf li ġej, Arjen Robben qal li jgħid “iva” għal din l-offerta’, iżda Frank De Boer ħasibha mod ieħor.

Arjen Robben fl-azzjoni għall-Olanda fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 kontra l-Urugwaj