Formula 1 Sport

Grand Prix oħra fl-Awstrija tieħu post dik tat-Turkija

Il-Formula 1 ħabbret li l-Grand Prix tat-Turkija se tkun ikkanċellata minħabba r-restrizzjonijiet fil-pajjiż marbuta mal-Covid 19. Minflok se tiżdied tellieqa oħra fl-Awstrija fiċ-ċirkwit ta’ Styria fl-Awstrija.

Minħabba dan it-tibdil fl-iskeda il-Grand Prix ta’ Franza timxi b’ġimgħa fejn se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Ġunju, bl-Awstrija tospita żewġ Grand Prix fuq xulxin fid-dati ta’ bejn il-25 u 27 ta’ Ġunju, u bejn it-2 u l-4 ta’ Ġunju.

Il-Grand Prix tat-Turkija kellha tieħu post dik tal-Kanada, iżda minħabba l-pandemija kellha tinbidel l-iskeda tat-tlielaq. Il-President tal-Formula 1 Stefano Domenicali qal li huwa ta’ dispjaċir li l-Grand Prix fit-Turkija kellha tiġi ikkanċellata iżda wera l-ottiżu tiegħu għal fatt li nstabet soluzzjoni f’qasir żmien sabiex l-istaġun jibqa’ bi 23 Grand Prix.