EURO 2020 Futbol Sport

Il-Finlandiżi entużjasti għad-debutt fil-Euro 2020…iżda qed jgħidulhom aħjar ma jsifrux

Partitarji tal-Finlandja

Hekk kif il-Finlandja hu wieħed mill-pajjiżi finalisti li se jkunu qed jiddebuttaw fil-Euro 2020, id-Direttriċi tas-Sigurtá tas-Saħħa tal-pajjiż (THL), Mika Salminen qed tirrikomanda lill-poplu Fiinlandiż biex ħadd ma jsiefer u jsegwu l-partiti tat-tim nazzjonali permezz tat-televiżijoni. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Markku Kanerva, il-Finlandja se jkunu qed jiktbu paġna storika fl-istorja tal-futbol, meta se jkunu qed jilgħabu fl-ewwel finali tal-Kampjonati Ewropej.

Sintendi, l-istennija tal-partitarji Finlandiżi hi kbira madankollu filwaqt li l-Gvern Finlandiż qed jipprepara biex bħal ħafna pajiżi oħra jipprepara biex jilqa’ it-turisti f’pajjiżhom matul dan is-sajf, il-persuna responsabbli mis-sigurtá tas-saħħa f’dan il-pajjiż Skandinavu, hi tal-fehma li l-Finlandiżi ma jmorrux għall-partiti tal-Euro 2020. Fi kliem Salminen, “il-kwalifikazzjoni tal-Finlandja għal dan it-turnament hu avveniment kbir, iżda l-pandemija tal-coronavirus ma sparixxietx, u l-istess rakkomandazzjonijiet japplikaw għall-Euro 2020, bħal kull forma oħra ta ‘vjaġġar.”

It-tliet partiti tal-Finlandja fl-istadju tal-grupp se jkunu qed jintlagħbu fil-bliet ta’ Kopenħagen, fid-Danimarka u San Pietruburgu, ir-Russja.