Lokali Mużika

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jawgura lil Destiny qabel is-semi finali tat-Tlieta

"Grazzi Destiny ta’ kemm qed tagħmilna kburin u awguri"

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit tal-ħin ilu tkellem mal-kantanta li se tkun qed tirrappreżentana fil-Eurovision Song Contest li din is-sena se jsir l-Olanda, Destiny Chukunyere. Hu awguralha hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għas-semi finali tat-Tlieta.

Din hija l-ewwel semi-finali u Destiny se tkun qed tkant fis-sittax u l-aħħar post nhar it-Tlieta.

Is-semi finali l-oħra ssir il-Ħamis, bis-serata finali tkun nhar is-Sibt 22 ta’ Mejju.

Bernard Grech awgura lill-kantanta f’ismu u f’isem il-Partit Nazzjonalista u awguralaha l-isbaħ xewqat għall-prestazzjoni tagħha li uqal m’għandix dubju se tkun mill-aqwa.

“Il-kunfidenza u t-talent li naraw lil Destiny bihom fuq il-palk, minkejja l-età tagħha, għandhom ikunu xempju ta’ kif niffaċċjaw l-isfidi fil-ħajja ta’ kuljum.Grazzi Destiny ta’ kemm qed tagħmilna kburin u awguri. Narawk fuq il-palk!”