Knisja Kultura Lokali

Il-Kurja tiċċara l-pożizzjoni dwar il-festi

Festi interni se jkuu iċċelebrati bħas-soltu b'rispett lejn il-miżuri. Il-festi esterni jsiru biss jekk awtorizzati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, il-Kurja qalet li matul din is-sena, il-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-binital-knisja jsiru fil-ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il-miżuri indikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ barra l-bini tal-knisja, li normalment jiġu organizzati mill-Knisja, bħalma huma l-purċissjonijiet, il-Kurja qalet li dawn isiru biss jekk, fejn u meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.