Il-Partit Laburista baqa’ ma ħax pożizzjoni dwar l-abort wara aktar minn 48 siegħa li fil-Parlament reġgħet skattat id-diskussjoni dwar din it-tema.
Il-Partit Laburista filfatt fi stqarrrija maħruġa ftit tal-ħin ilu qal li aktar kmieni llum kien tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari, imma jidher li l-membri tal-Gvern Laburista ma ftehmux dwar pożizzjoni unika, bl-istqarrija tgħid li din mhux diskussjoni li għandha tittieħed mill-politiċi u b’sensazzjonaliżmu jew bi stigma.
Madankollu l-istqarrija tkompli tgħid li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru hi kontra l-abort. Stqarrija li s’issa ħadd mid-Deputati l-oħra tal-Gvern ma ħareġ jagħmel.
Dan b’kuntrast qawwi mal-pożizzjoni kategorika li ħa l-Partit Nazzjonalista li sa mill-bidu stqarr li hu jibqa’ favur il-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha.
//= $special ?>