Coronavirus Lokali Saħħa

Każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa – ebda fatalità kawża tal-Covid-19 fl-aħħar ġimgħa

Pajjiżna rreġistra każ ġdid biss ta’ Covid-19 f’temp ta’ 24 siegħa. Għaldaqstant, it-total ta’ każi minn Marzu qed jammonta għal 30,474. Tul din il-ġimgħa fortunatament kienu biss 42-il każi ġodda li pajjiżna rreġistra.

Dan filwaqt li għall-ewwel darba sa minn Awwissu Malta rat sebat ijiem konsekuttivi mingħajr ma ġiet irreġistrata vittma waħda tal-pandemija.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fiequ 10 persuni għal total ta’ 29,877.

Għaldaqstant l-ammont ta’ każi attivi qed jammonta għal 180.