Iċ-Champions Man City kellhom jitħabbtu mhux ftit f’St.James’ Park meta għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 4-3, f’partita mimlija azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat. Newcastle fetħu l-iskor fil-25 minuta meta minn corner ta’ Jonjo Shelvey kien EMIL KRAFTH li bir-ras għeleb lil Scott Carson għal 1-0. MInkejja dan Man City kisbu d-draw fid-39 minuta permezz ta’ JOAO CANCELO biex erba’ minuti wara marru fil-vantaġġ permezz ta’ ġest akrobatiku mill-isbaħ ta’ FERRAN TORRES.
Fis-seba’ minuta tal-ħin mogħti żejjed fl-ewwel taqsima Nathan Ake waqqa lil Joelinton fil-kaxxa, biex mill-11-il metru l-istess JOELINTON għamel l-iskor 2-2. Fit-62 minuta Newacstle inagħtaw penalty ieħor meta Kyle Walker waqqa’ lil Joe Willock fil-kaxxa. Mill-penalty Scott Carson salva tajjeb iżda mit-tieni tentattic JOE WILLOCK tefa’ ġewwa għal 3-2. Madankollu minuta biss wara FERRAN TORRES reġa’ għamel l-iskor indaqs, biex fis-66 minuta FERRAN TORRES għaqqad il-hat trick personali u għamel l-iskor 4-3 favur Man City.
Illum: Newacstle v Man City 3-4, Għada: Burnley v Leeds 1.30pm, Southampton v Fulham 4.00pm, Brighton v West Ham 9.00pm Il-Ħadd C’Palace v Aston Villa 1.00pm, Tottenham v Wolves 3.05pm, West Brom v Liverpool 5.30 pm, Evertom v Sheff’ Utd 8.00pm
//= $special ?>