EURO 2020 Futbol Sport

Probabiltá kbira li l-Pollakk Piątek se jitlef il-Euro 2020

Krzysztof Piątek

L-attakkant Pollakk ta’ 25 sena, Krzysztof Piątek x’aktarx se jkun qed jitlef il-Euro 2020 wara li weġġa’ l-għaksa f’partita mill-Bundesliga Ġermaniża, mal-klabb tiegħu, Hertha Berlin. Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Piątek se jkollu bżonn jagħmel operazzjoni u se jkun kostrett jibqa’ barra mill-logħob għal ftit xhur.

Għalkemm l-eks plejer ta’ Milan għadu qed jistenna opinjoni oħra dwar il-gravitá tal-injury tiegħu, minn speċjalisti fil-Ġermanja, l-indikazzjonijiet huma li se jkun impossibli li Piątek jilgħab għall-Polonja fil-Euro 2020.