Futbol Sport

Proposti tibdiliet fil-format tal-BOV Challenge League

Azzjoni mill-partita bejn Pietà u Pembroke (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Il-Kunsill tal-MFA se jkollu quddiemu diversi tibdiliet proposti mal-format il-ġdid tal-BOV Challenge League għall-istaġun li ġej, li kienu diskussi aktar kmieni din il-ġimgħa waqt laqgħa tal-Eżekuttiv. Dan wara li il-waqfien ħesrem taċ-Challenge League wassal biex l-ebda klabb ma jkun promoss jew relegat minn dan l-istess kampjonat, b’kosnegwenza li r-relegazzjonijiet mill-Kampjonat Premier u l-promozzjonijiet min-National Amateur League, żiedu in-numru ta’ clubs għal 22.

Fost it-tibdiliet, se jkun propost li it-22 tim li se jkunu qed jipparteċipaw fiċ-Challenge League jinqasmu f’żewġ sezzjonijiet, bi ħdax-il tim kull wieħed. Ma’ dan se jkun propost ukoll li t-timijiet ikunu jistgħu jirreġistraw ħames barranin, b’erba’ t’iplejers jkunu mgħajta mat-tmintax, filwaqt li tliet t’iplejers jistgħu jkunu parti mill-ħdax li jkunu qegħdin jilgħabu. Il-ħames barrani jkun eleġibbli li jilgħab għall-iskwadra tal-minors.