Internazzjonali

Stennija għar-ritorn qawwi ta’ ‘Friends’

Id-dilettanti tas-sensiela televiżiva popolari tas-snin disgħin, ‘Friends’ qed iħejju għal ‘reunion’ speċjali tal-karattri tant maħbuba li saru famużi madwar id-dinja permezz ta’ dan is-sitcom Amerikan.

Il-proġett antiċipat kien inżamm lura għal xhur minħabba t-taqlib li ħoloq il-coronavis iżda issa hu konfermat li Friends: The Reunion se jintwera fuq is-servizzi tas-streaming tal-HBO Max mis-27 ta’ Mejju.

Dan sar possibbli wara li l-membri oriġinali kollha tas-sensiela setgħu jiġbdu x-xeni ġodda għar-reunion flimkien matul ix-xahar li għadda. Intant, l-atturi ewlenin — – Matthew Perry (fil-karattru ta’ Chandler), Jennifer Aniston (Rachel), Courteney Cox (Monica), Lisa Kudrow (Phoebe), Matt LeBlanc (Joey) u David Schwimmer (Ross) – se jidhru bi prominenza fl-avventura ġdida, flimkien ma diversi mistednin ċelebri..

Is-sensiela Friends tibqa’ fost l-aktar sitcoms Amerikani li qatt għamlu suċċess u minkejja li  kienet intemmet fl-2004, ma naqsux il-ġenerazzjonijet ta’ fans ġodda grazzi għal numru ta’ re-runs tal-programmi u s-servizzi ta’ streaming provduti mid-diversi networks, fosthom Netflix.

.