Lokali

Vann jinħakem minn nirien qrib il-Luxol

Vann tal-passiġġieri ġarrab ħsarat konsiderevoli wara li nħakem minn nirien. L-inċident seħħ ftit ta-ħin ilu fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi, qrib il-kumpless tal-Luxol.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident hekk kif is-sewwieq u l-passiġġieri irnexxielhom joħorġu mill-vettura.

L-inċident fi triq ewlenija li tagħti għat-Tramuntana tal-pajjiż qed twassal għal konġestjoni qawwija tat-traffiku u s-sewwieqa huma mħeġġa li jużaw toroq alternattivi.