Lokali

Wara li wiegħed li se jagħmilna ‘Blockchain island’ m’għandux idea kemm hawn kumpaniji lliċenzjati

Aktar minn tliet snin ilu, il-Ministru Silvio Schembri kien jitkellem dwar kif pajjizna kellu jkun il-Blockchain island u dwar kif il-Gvern kien se jibni ekonomija ġdida fuq il-cryptocurrency – kliem li rrepetih sena wara sena

Iżda minkejja li kien hu wieħed minn ta’ quddiem li kien qal li din kellha tkun niċċa ekonomika ġdida li kellha tpoġġi lill-pajjżna fil-quċċata f’dawn l-oqmsa, issa, il-Ministru Schembri mhux kapaċi jwieġeb dwar kemm filfatt hawn kumpaniji illiċnezjati jew rreġistrati  fil-blockchain u l-cryptocurrency f’pajjiżna bħalissa u filfatt farfarha fuq l-MFSA.

Intant, fl-aħħar sigħat, il-kumpanija Binance Holdings Ltd, li fl-2018 Silvio Schembri u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat preżentawha b’sodisfazzjon lill-poplu Malti u Għawdxi bħala waħda li kienet se tinvesti sostanzjalment fl-ekonomija Maltija waqt li kienu qiegħed jippromwovi lil pajjiżna bħala Blockchain Island bdiet tiġi investigata mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikana b’akkużi ta’ frodi.