Il-kantanti tal-Grupp U2 Bono u The Edge, flimkien mad-Dj ta’ fama mondjali, Martin Garrix ħarġu d-diska ‘We Are The People’ li se tkun id-diska uffiċjali tal-Euro 2020.
Id-direttur tal-marketing tal-UEFA Guy-Laurent Epstein qal li l-futbol u l-mużika għandhom is-saħħa li jagħqdu n-nies flimkien permezz tal-passjoni u l-emozzjoni li jġibu magħhom. Permezz ta’ din id-diska u dawn il-kantanti rinomati, il-UEFA qed tipprova tilħaq ukoll udjenzi ġodda fiwaqt li tiċċelebra il-festivitajiet li jġib miegħu il-futbol, speċjalment fid-dawl tal-pandemija tal-Covid 19.
Il-Euro 2020 mistennija tibda fil-11 ta’ Ġunju fi Stadio Olimpico f’Ruma, bil-partita inawgurali tkun dik bejn l-Italja u t-Turkija minn Grupp A.
Isma u ara l-vidjo mużikali ta’ ‘We Are The People’ hawnhekk :
//= $special ?>