Sport Sport Ieħor

350,000 persuna jiffirmaw petizzjoni biex jitħassru l-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

350,000 persuna ffirmaw petizzjoni biex jitħassru l-Olimpjadi tas-sajf li ġej li se jsiru f’Tokjo. Il-petizzjoni kienet ippreżentata lill-organizzaturi tal-Olimpjadi hekk kif il-każijiet pożittiv tal-coronavirus qed jiżdiedu ta’ kuljum fil-Ġappun fost l-biża ta’ varjanti ġodda.

Il-kampanja “Stop Tokyo Olympics” qed tkun imexxija mill-eks Gvernatur ta’ Tokjo Kenji Utsunomiya fejn qalet li l-Olimpjadi għandhom isiru meta fil-Ġappun ikun hemm anqas restrizzjonijiet u li jekk dawn isiru l-attenzjoni medika ddur fuq l-Olimpjadi.

Bħalissa Tokjo jinsab fi stat ta’ emerġenza sal-aħħar ta’ dan ix-xahar minħabba ż-żieda allarmanti fil-każijiet pożittivi tal-coronavirus. Bosta atleti diġa wrew it-tħassib tagħhom dwar l-Olimpjadi fosthom it-tennista Naomi Osaka.