EURO 2020 Futbol Sport

Aġġornata: Janne Anderson jikkonferma li Zlatan Ibrahimovic mhux se jilgħab fil-Euro 2020

(Ritratt: Zlatan Ibrahimovic)

Wara li ftit tal-jiem ilu Zlatan Ibrahimovic kellu jkun sostitut fi-partita kontra Juventus minħabba injury fl-irkoppa, illum, l-aħħar testijiet indikaw li Ibrahimovic għandu jirkupra fi żmien ta’ bejn tliet ġimgħat u sitt ġimgħat. Għaldaqstant, ftit tal-ħin ilu, l-Assoċjazzjoni Żvediża tal-futbol permezz tal-kowċ Janne Anderson ħabbret li Ibrahimovic mhux se jkun parti mill-iskwadra li se tipparteċipa fil-Euro 2020,

Din l-injury, għall-bidu, dehret li setgħet tkun l-anterior cruciate ligament (ACL), iżda it-testijiet urew li Ibrahimovic se jkollu bżonn terapija fuq irkopptu, bil-kowċ Janne Anderson ma jieħu l-ebda risku fuq is-saħħa tal-attakant ta’ 39 sena.