Mistennija bidla fit-tmexxija tal-Partit Talja Forza Italia hekk kif intlaħaq qbil li minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu Silvio Berlusconi ma jistax jibqa’ mexxej ta’ dan il-Partit.
Berlusconi dalwaqt se joħroġ mill-isptar ta’ San Raffaele hekk kif ilu l-isptar għal kważi 4 t’ijiem wara li żvillupawlu aktar kumplikazzjonijiet wara li kien marad bil-Covid-19 fl-aħħar xhur. Wieħed mis-senaturi tal-Forza Italia infatti qal li l-partit qed iħejji biex issa ssir elezzjoni interna biex ikun hemm bidla fit-tmexxija ta’ dan il-Partit, b’sorsi jgħidu li l-Ġimgħa stess Berlusconi tkellem mal-amministrazzjoni tal-Partit biex jinfurmahom b’din id-deċizzjoni u li kien qed jaħseb biex jirriżenja.
//= $special ?>