Lokali

BIL-FILMAT: Tinqaleb karozza fil-Mellieħa

Għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofinhar, karozza nqalbet fi Triq Borg Olivier fil-Mellieħa.

Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni ċivili sabiex joħorġu lir-raġel ta’ 71 sena residenti l-Mellieħa li nqabad fil-vettura tiegħu Kia Sportage. Jidher li mal-impatt il-karozza baqgħet dieħla f’żewġ vetturi oħra.

Fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jagħtuh l-ewwel għajnuna fejn aktar tard kellu jittieħed l-Isptar għal iktar kura.

S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ dan ir-raġel.