Coronavirus Lokali

COVID-19: 4 każi ġodda… ebda fatalità għat-tmien jum konsekuttiv

Għat-tmien jum konsekuttiv, pajjiżna ma rreġistra ebda mwiet kawża tal-COVID-19. B’hekk il-vittmi li tilfu ħajjithom matul din il-pandemija jibqgħu 417.

Fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 4 każi pożittivi filwaqt li kien hemm seba’ persuni li fiequ minn dan il-virus. Dan iwassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 177.

Mill-bidu ta’ din il-pandemija… iktar minn 14-il xahar ilu, pajjiżna rreġistra total ta’ 30,478 każi pożittivi filwaqt li dawk imfejqa jammontaw għal 29.884.

Sal-bieraħ ngħataw 414,632 tilqima bi kważi 137,000 persuna ngħataw iż-żewġ dożi.