Lokali

Dwar il-kannabis… il-Gvern jgħid mod u l-Partit Laburista jgħid mod ieħor

Tkompli l-kontroversja fuq il-white paper dwar il-kannabis…. hekk kif il-Gvern Laburista jgħid mod u l-Partit Laburista qed jgħid mod ieħor. Il-Gvern qed jisħaq li l-kannabis ma tistax tiġi legalizzata… bil-Partit Laburista jgħid illi jrid jillegalizza.

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li hemm differenza bejn dak li qed ikun diskuss… il-pożizzjoni tal-Gvern u l-pożizzjoni tal-Partit Laburista li hija kompletament differenti mill-white paper. Dan għaliex hemm punti fid-dokument tal-konsultzzjoni li ressaq il-Partit Laburista li huma differenti minn dak li hemm fil-white paper.

Hija qalet li l-Partit Nazzjonalista għadu għaddej bil-konstultazzjoni ma’ diversi NGO’s u assoċjazzjonijet… fejn qed joħroġ iktar fid-deher kemm il-Gvern m’għamel ebda konsultazzjoni. Dan hekk kif is-soltu meta ssir white paper, l-ewwel issir ir-riċerka, imbagħad ikun hem il-konsultazzjoni u wara jinħareġ dokument li jipproponi qafas legali biex issir liġi. Iżda dan il-proċess ma sarx hekk… inkitbet white paper li ma saritx riċerka kif suppost fuq is-suġġett.

Il-Partit Nazzjonalsita huwa favur id-dekriminilizzazzjoi tal-kannabis iżda kontra l-legalizzazzjoni… bil-maġġoranza tal-istakeholders huma xettiċi dwar il-legalizzazzjoni  

Ftit tal-jiem ilu ċ-Chairman tal-istazzjonijiet Laburista Jason Micallef ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-mod kif il-Gvern qed jagħżel li jmur għal-legalizzazzjoni tal-Kannabis mingħajr ma ddiskutiha fil-Kunsill Ġenerali Straordinarja.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Micallef, li ilu jimmilita fil-Partit Laburista snin twal ħafna, qal li l-Partit Laburista kellu l-obbligu li jlaqqa’ l-ewwel lid-delegati tal-Konferenza waqt “Konferenza Ġenerali Straordinarja”.

Micallef jgħid li din hija proċedura li toħroġ mill-istess statut tal-PL fuq policy jew materji sensittivi bħal dak li qed jiġi propost u ċioè li l-Kannabis tkun legalizzata.