Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Le Mans

(Ritratt: EPA)

Fabio Quartararo se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Le Mans meta għeleb l-isfida tas-sewwieq l-ieħor ta’ Yamaha Maverick Vinales. Jack Miller u Franco Morbidelli se jkun qed jibda mit-tielet u mir-raba’ post filwaqt li Joa Zarco se jkun qed jibda mill-ħames post.

L-Ispanjol Marc Marquez se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li Takaaki Nakagami se jibda mis-seba’ post. Pol Espargaro se jibda mit-tmien post bit-Taljan Valentino Rossi jibda mid-disa’ post. Miguel Oliveira se jkun qed jibda mill-għaxar post.

MOTO GP

Kif se jibdew: 1. F. Quartararo, 2. M. Vinales, 3. J. Miller, 4. F. Morbidelli, 5. J. Zarco, 6. M. Marquez, 7. T. Nakagami, 8. P. Espargaro, 9. V. Rossi, 10. M. Oliveira, 11. L Savadori, 12. L. Marini,13. A. Espargaro, 14. J. Mir, 15. A. Rins, 16. F. Bagnaia, 17. D. Petrucci, 18. I. Lecuona, 19. A. Marquez, 20. T. Rabat, 21. B. Binder, 22. E. Bastianini