Internazzjonali

GAZA: Diġa’ inqatlu 20 mara u 31 tifel u tifla

Il-kriżi umanitarja fir-reġjun tal-Lvant Nofsani qed tkompli tikber partikolarment wara l-attakki li seħħew matul il-lejl li għadda.

Skont l-aħħar informazzjoni miġbura mill-media internazzjonali, matul din il-ġimgħa inqatlu mal-20 mara u 31 tifel u tifla fl-isparar li għaddej bejn iż-żewġ naħat.

Iżrael qed jissokta bl-attakki fuq postazzjonijiet tal-militanti Hamas, filwaqt li minn Gaza qed ikunu sparati numru kbir ta’ rockets lejn bliet u postazzjonijiet strateġiċi Iżraeljani. Kien hemm ukoll rapporti mhux konfermati ta’ missili sparati mit-territorju Sirjan.

Fl-aħħar sigħat kien hemm anke rapporti li ġie attakkati kamp tal-immigranti fin-naħa ta’ fuq tal-Medda ta’ Gaza. Hawn inqatlu 10 persuni, fosthom 8 itfal.

Dan huwa l-agħar kunflitt f’dan ir-reġjun sa mill-2014.