EURO 2020 Futbol Sport

It-Turkija b’selezzjoni ta’ 30 plejer għall-partiti ta’ qabel il-Euro 2020

Şenol Güneş kowċ tat-Turkija

Il-kowċ nazzjonali tat-Turkija, Şenol Güneş sejjaħ skwadra preliminari ta’ 30 plejer għall-aħħar tliet partiti ta’ ħbiberija li t-tim se jkun qed jilgħab qabel il-bidu tal-Euro 2020. Bejn is-27 Mejju u t-3 ta’ Ġunju, it-Turkija se tkun qed tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq, l-Ażerbajġan u l-Moldova rispettivament. Wara se tkun qed tilgħab fi Grupp A tal-Kampjonati Ewropej, fl-istess grupp tal-Italja, Wales u l-iŻvizzera.

Qabel il-bidu tal-Euro 2020, Güneş irid jagħżel liema se jkunu dawk l-erba’ plejers minn din l-iskwadra proviżorja, li mhux se jkunu qed jiffurmaw parti mis-selezzjoni finali għal din il-kompetizzjoni. L-iskwadra ta’ 30 plejer li ġew magħżula s’issa huma:

Gowlkipers: Mert Gunok (Medipol Basaksehir), Ugurcan Cakir (Trabzonspor), Altay Bayindir (Fenerbahce), Gökhan Akkan (Çaykur Rizespor)

Difensuri: Zeki Çelik (Lille), Mert Müldür (Sassuolo), Merih Demiral (Juventus), Ozan Kabak (Liverpool), Çağlar Söyüncü (Leicester City), Kaan Ayhan (Sassuolo), Umut Meraş (Le Havre), Rıdvan Yılmaz (Beşiktaş)

Midfielders: Mahmut Tekdemir (Medipol Başakşehir), Okay Yokuşlu (West Bromwich Albion), Taylan Antalyalı (Galatasaray), Dorukhan Toköz (Beşiktaş), Ozan Tufan (Fenerbahçe), Orkun Kökçü (Feyenoord), Yusuf Yazıcı (Lille), İrfan Can Kahveci (Fenerbahçe), Hakan Çalhanoğlu (Milan)

Attakkanti: Cengiz Ünder (Leicester City), Efecan Karaca (Aytemiz Alanyaspor), Halil Akbunar (Göztepe), Abdülkadir Ömür (Trabzonspor), Kerem Aktürkoğlu (Galatasaray), Burak Yılmaz (Lille), Enes Ünal (Getafe), Kenan Karaman (Fortuna Düsseldorf) Halil Dervisoglu (Galatasaray)