Futbol Sport

Juventus jirbħu liċ-champions Inter

(Ritratt: EPA)

Juventus għelbu liċ-champions Inter 3-2 biex b’hekk baqgħu jittamaw f’post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Juventus fetħu l-iskor fl-24 minuta meta Matteo Darmian imbotta lil Chiellini fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru, CRISTIANO RONALDO ra l-ewwel tentattiv tiegħu jkun salvat minn Handanovic, bl-istess player ma jiżbaljax mir-rebound. Inter ġabu l-iskor indaqs fil-35 minuta meta De Ligt waqqa lil Martinez fil-kaxxa biex, ROMELU LUKAKU mill-penalty spot ma żbaljax. Fil-55 minuta, Juventus sfaw jilgħabu bi player anqas hekk kif tkeċċa Rodrigo Bentancur għat-tieni karta safra. Inter approfittaw u fit-83 minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn cross ta’ Barella, kien GIORGIO CHIELLINI li xeħet fix-xibka tiegħu stess. Juventus aċċertaw mit-tliet punti, ħames minuti wara, meta Perisic imbotta lil CUADRADO fil-kaxxa, bl-istess player minn ħdax-il metru għamilhom 3-2.

Fid-derby ta’ Ruma, Roma għelbu lil Lazio 2-0 biex b’hekk sfaxxaw fix-xejn it-tamiet ta’ Lazio li jiksbu post fil-UEFA Champions League. HENRIKH MKHITARYAN fetaħ l-iskor għal Roma wara 42 minuta meta wara li rċieva mingħand Dzeko kkonkluda mal-ewwel. Il-gowl li aċċerta minn rebħa għal Roma wasal fit-78 minuta meta wara li qabeż player, PEDRO kkonkluda b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa għal 2-0.

Atalanta aċċertaw minn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta għelbu lil Genoa 4-3. Atalanta fetħu vantaġġ ta’ tliet goals fl-ewwel taqsima, b’gowls ta’ DUVAN ZAPATA (9), RUSLAN MALINOVSKY (26) u ROBIN GOSENS (44). Genoa naqsu l-iskor fid-49 minuta permezz ta’ ELDOR SHOMURODOV. Żewg minuti wara MARIO PASALIC reġa fetaħ vantaġġ ta’ tliet goals għat-tim ta’ Gian Piero Gasperini. Fis-67 minuta GORAN PANDEV rega daħħal lil Genoa fil-partita permezz ta’ penalty, biex ħames minuti mit-tmiem SHOMURODOV għamilhom 4-3, b’Atalanta jagħrfu jżommu l-iskor sat-tmiem minkejja l-pressjoni mit-tim ta’ Davide Ballardini.

SERIE A

Illum: Genoa v Atalanta 3-4, Spezia v Torino 4-1, Juventus v Inter 3-2, Roma v Lazio 2-0 Għada: Fiorentina v Napoli 12.30pm, Benevento v Crotone 3.00pm, Udinese v Sampdoria 3.00pm, Parma v Sassuolo 6.00pm, Milan v Cagliari 8.45pm