EURO 2020 Futbol Sport

Klopp ‘akkużat’ li influwenza d-deċiżjoni ta’ van Dijk biex ma jilgħabx fil-Euro 2020

Virgil van Dijk u Jurgen Klopp

Il-ġurnal Olandiż, De Telegraaf qed tirraporta li l-kowċ Ġermaniż ta’ Liverpool, Jurgen Klopp kellu influwenza kbira fuq id-deċiżjoni li d-difensur internazzjonali Olandiż, Virgil van Dijk jieħu d-deċiżjoni li ma jilgħabx fil-Euro 2020. Preżentament, il-kowċ nazzjonali Olandiż, Frank De Boer, qed ikun ikkritikat mill-media f’pajjiżu, għaliex skont huma, l-eks kowċ ta’ Ajax, Inter u Crystal Palace, naqas milli jagħmel il-pressjoni li kien hemm bżonn, biex jassigura li van Dijk jilgħab għall-Olanda fil-Kampjonati Ewropej, ix-xahar li ġej.

Diversi rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Klopp għamel pressjoni kbira biex wara li van Dijk ilu barra mill-logħob, jirkupra minn injury serja, minn Ottubru li għadda, ma jilgħabx fil-Euro 2020 għal pajjiżu, u jirritorna biss fil-bidu tal-istaġun il-ġdid, ma’ Liverpool. In-nuqqas ta’ van Dijk fl-iskwadra Olandiża, se jkun qed iħalli vojt kbir fl-iskwadra tal-oranġjo.