Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa għal Beau De Morgane fid-debutt tiegħu

(Ritratt: Martin Agius)

Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, il-bieraħ wara nofsinhar tkompla l-istaġun 2021 wara waqfa ta’ xaharejn minħabba l-COVID19 u fuq kollox mingħajr spettaturi. Dan permezz tas-seba’ laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebħet mid-debuttant Franciz Beau De Morgane, misjuq minn wieħed mis-sidien tiegħu, l-Għawdxi Marco Debono

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Hawnhekk ir-rebbieħ Beau De Morgane (Marco Debono) kien quddiem għal parti twila tad-distanza u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida qawwija ta’ Castle Rose (Noel Baldacchino). Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) kellu wkoll wirja tajba meta temm fit-tielet post minn Casanova Du Corta (Clifferty Calleja). Għal Beau De Morgane din kienet l-ewwel rebħa f’Malta filwaqt li għal Castle Rose din kienet ir-raba’ tiġrija konsekuttiva li fiha kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Goldikova Royale (D. Gatt) Ħin – 2.53” (1.20.9”) 2. Graminee Jive (R. Magro) 3. Gypsa Bella (S. Cassar) 4. Grace d’Auberville (P. Galea)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Generation d’Amour (J. Gafa’) Ħin – 2.50.7” (1.19.7”) 2. Facile First (M. Debono) 3. Floyd Du Guibel (M. Ellul) 4. Gibson Desert (P. Galea)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Felista De Marlau (R. Gatt) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Baron De Neuillac (D. Casha) 3. Fella Belle (M. Ellul) 4. Fuego De Granou (D. Baldacchino)

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frimeur Pipol (C. Calleja) Ħin – 2. Febus Du Juille (K. Saliba) 3. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 4. Dakota Atout (M. Mifsud)

V Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) Ħin – 2.50.6” (1.19.7”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Easy Oaks (C. Camilleri)

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Ħin – 2.51.3” (1.20”) 2. Cirella De Kacy (R. Gatt) 3. Firewall Fac (Ch. Grech) 4. Astro La Bourgee (R. Hili)

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fine Delo (J. Gafa’) Ħin – 2.49.2” (1.19.1”) 2. Crack De Bas (N. Barbara) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Joyus (N. Baldacchino)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Evender Maybe (J. Carabott) Ħin – 2.49.6” (1.19.3”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Ethmia Venesi (C. Camilleri) 4. Gaz Heuvelland (P. Galea)

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Beau De Morgane (M. Debono) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Castle Rose (N. Baldacchino) 3. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) 4. Casanova Du Corta (C. Calleja)

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Boko Won (S. Cassar) Ħin – 2.49” (1.19”) 2. Aubrac Du Rib (J. Cassar) 3. Likearollingstone (C. Vassallo) 4. Mad Diva (D. Attard)