Wara 23 sena, l-Iskozja se tkun qed tirritorna tilgħab f’waħda miż-żewġ kompetizzjonijiet ‘il kbar għan-nazzjonijiet, fid-dinja tal-futbol, il-Euro 2020. M’hemmx dubju li d-dilettanti tal-futbol f’dan il-pajjiż huma ħerqana biex jaraw lit-tim tagħhom fl-azzjoni, partikolarment wara li l-poloż poġġew lill-Iskożja fl-istess grupp tal-Ingilterra.
Madankollu llum, il-partitarji tal-‘Armata tat-Tartan’, iddiżapuntaw ruħhom mhux ftit meta saru jafu l-allokażżjoni ta’ biljetti li qed tingħata lilhom mill-UEFA, għat-tliet partiti li se jkunu qed jilgħabu f’Grupp D, kontra l-Ingilterra, ir-Republika Ċeka u l-Kroazja rispettivament. Il-massimu ta’ partitarji Skoċċiżi għall-partita kontra l-Ingilterra, u li għandha tintlagħab f’Wembley Stadium, se jkun ta’ 2,655 persuna. Partitarji taħt it-18-il sena , mhux se jitħallew jattendu għal din il-partita, u għaż-żewġ konfronti l-oħra tal-grupp.
L-ammont allokat għall-partitarji Skoċċiżi għaż-żewġ partiti l-oħra tal-grupp, hu inqas minn dak li qed ikun allokat għall-konfront klassiku u tant mistenni ta’ kontra l-Ingilterra. Għal kontra r-Republika Ċeka, l-iSkoċċiżi għandhom aċċess għal 1,972 biljett filwaqt li għall-partita ta’ kontra l-Kroazja, l-ammont ta’ biljetti allokkati għal dawn il-partitarji Brittaniċi se jkun ta’ 1,940.
Skont dak li qed jiġi rrapurtat fil-media Brittanika, l-irħas prezz ta’ biljett hu dak ta’ €50, u li minnhom hemm l-akbar ammont mit-total allokat għall-iSkoċċiżi. Iżda jeżistu ukoll żewġ tipi ta’ biljetti oħra, u bi preżż għola, ta’ €125 u €180 rispettivament.
//= $special ?>