Sport Sport Ieħor

Nhar il-Ħamis se ssir l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi

Wara li ltaqa’ Il-Kunsill tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi gie deċiż li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ssir nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju 2021 fis-6.30 ta’ filgħaxija fil-pitch ta’ Santa Lucia.

Fuq l-Aġenda :- qari tal-minuti, diskors tal-President, rapport finanzjarju, ħatra tal-awditur, ħatra ta’ żewg tellers, ħatra tal-kunsill tal-FKB 2021-2023, se ssir biss elezzjoni għal President bejn Giovanni Fabri u C.J.Saliba, mozzjonijiet u emendi tal-istatut, Kampjonat Nazzjonali u Kompetizzjonijiet, affarijiet oħra.

Peress li il-clubs maghluqa minhabba l-Covid 19 ma’ kienx possibli li jintbgħatu Ċirkularijiet. L-Kunsill tal- FKB 2021-2023 President, Segretarju,Tezorier u 6 Membri. Il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci qed titlob il-koperazzjoni ta’ kulħadd billi jiġu osservati d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.