Coronavirus Internazzjonali Lokali Turiżmu

Pajjiżna mhux mistenni jkun inkluż fil-lista l-ħadra tal-Renju Unit fil-futur qarib

It-tama li pajjiżna ikun inkluż fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit sfumat fix-xejn hekk kif il-Prim Ministru Boris Johson qal li din il-lista mhux se tkun aġġornata għalissa.

Nhar il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż qal li l-lista tal-pajjiżi fil-lista l-ħadra x’aktarx li mhux se tinbidel fil-futur qarib. Dan minħabba tħassib dwar it-tixrid tal-varjant Indjan f’dan il-pajjiż. Il-Portugal kien l-uniku pajjiż Ewropew li sab postu f’din il-lista l-ħadra.

Dan kollu qed ikompli jżid it-tħassib ta’ diversi sidien ta’ hotels u ristoranti dwar il-wasla ta’ turisti mir-Renju Unit matul is-sajf.

Bħalissa Malta tinsab fil-lista l-oranġjo, hekk kif turisti li jirritornaw lejn ir-Renju Unit minn pajjiżna, iridu jagħmlu għaxart ijiem kwarantina.