Futbol Sport

Rangers itemmu l-kampjonat mingħajr telfa

Rangers temmew il-kampjonat mingħajr telfa meta fl-aħħar partita tal-istaġun għelbu lil Aberdeen 4-0. Rangers marru fil-vantaġġ wara ħames minuti permezz ta’ auto-goal ta’ JOE LEWIS. Fl-34 minuta, Rangers irduppjaw permezz ta’ KEMAR ROOFE, bl-istess player jagħmilhom 3-0 mas-siegħa logħob. Lejn it-tmiem l-attakkant veteran JERMAIN DEFOE għamilhom 4-0.

Dan l-istaġun, Rangers iddominaw il-kampjonat fl-Iskozja fejn temmew fl-ewwel post b’102, 25 punt aktar mill-eqreb rivali Celtic. Dan kien l-55 kampjonat għal Rangers u l-ewwel wieħed f’għaxar snin, wara dominanza minn Celtic. Dan il-kampjonat kien ukoll l-ewwel wieħed għall-coach Ingliż Steven Gerrard fit-tmexxija ta’ Rangers, fejn rebaħ ukoll il-coach tal-istaġun fl-Iskozja.