EURO 2020 Futbol Sport

Roy Hodgson jfaħħar lil Jack Grealish ftit jiem qabel is-selezzjoni tat-tim Ingliż

(Ritratt: Jack Grealish u Roy Hodgson)

L-eks kowċ tal-Ingilterra u preżentament kowċ ta’ Crystal Palace, Roy Hodgson, faħħar lil midfielder Ingliż ta’ Aston Villa Jack Grealish filwaqt li qal li Grealish huwa plejer li kapaċċi jagħmel id-differenza mat-tim tal-Ingilterra. Grealish kellu serje ta’ wirjiet pożittivi mat-tim nazzjonali Ingliż fix-xitwa li għaddiet iżda injury li sofra fi Frar li għadda, daħlet dubju dwar jekk dan hux se jkun inkliż mal-lista finali li tilgħab il-Euro 2020.

Grealish seta’ jagħżel li jirrapreżenta’ lit-tim tal-Irlanda, iżda minflokk għażel li jilgħab għall-Ingilterra, fejn iddebutta mal-iskwadra ewlenija lura f’Settembru li għadda, fi draw kontra id-Danimarka