Sport Sport Ieħor

Victor Lafay jirbaħ it-tmien stadju tal-Giro d’Italia

Il-Franċiż Victor Lafay rebaħ it-tmien stadju tal-Giro d’Italia fi tmiem drammatiku ta’ dan l-istadju. Din kienet l-ewwel rebħa għal Lafay fil-karriera professjonali tiegħu. Bl-ewwel tmien ċiklisti jinqatgħu fuq quddiem, Lafay irniexxielu jgħeleb l-isfida ta’ Francesco Gavazzi u Nikias Arndt li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Attila Valter irnexxielu jżomm il-flokk ir-roża u b’hekk baqa’ fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali. Hu qed ikun segwit minn Remco Evenepoel u Egan Bernal.