EURO 2020 Futbol Sport

Waqfa ta’ 12-il ġimgħa għal McLean…se jitlef il-Euro 2020

Kenny McLean se jitlef il-Euro 2020

Il-Euro 2020 intemm qabel qatt beda’ għall-midfielder internazzjonali Skoċċiz, Kenny McLean. Il-plejer ta’ 29 sena li jilgħab fil-League Championship ma’ Norwich City, weġġa’ ġimgħa llu, fid-dro ta’ 2-2 kontra Barnsley. McLean weġġa’ il-ligament tal-irkoppa u l-klabb tiegħu stess ikkonferma li l-eks plejer ta’ Aberdeen se jkun wieqaf mill-logħob għal 12-il ġimgħa.

B’hekk din id-dijanjosi toqtol il-ħolma ta’ McLean li jkun parti mit-tim nazzjonali Skoċċiz li jilgħab fl-ewwel edizzjoni tal-Euro, minn wara l-aħħar kwalifikazzjoni tal-Iskozja fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni, fl-1996. Il-mira ta’ McLean issa hi li jirkupra fil-ħin għall-bidu tal-Premier League fl-Ingilterra, hekk kif Norwich hu wieħed mit-timijiet promossi tal-League Championship għall-istaġun li jmiss.