Lokali

Żabbari jweġġa’ gravi f’inċident fiż-Żejtun

Raġel ta’ 50 sena weġġa’ gravi wara li ken involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn e-kick scooter li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 50 sena li jgħix Ħaż-Żabbar u karozza Peugeot 3008 misjuqa minn mara ta’ 51 sena miż-Żejtun.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.