Inqas minn xahar biss ‘il bogħod għall-bidu tal-Euro 2020. L-istennija hija kbira u din il-ġimgħa, kelna l-aħbar ta’ żewġ plejers, fost l-aqwa fid-dinja, li minħabba injury mhux se jirnexxilhom jirkupraw fil-ħin għal dan it-turnament u allura mhux se jkunu qed jilgħabu mat-tim nazzjonali rispettiv tagħhom. Dawn huma Virgil van Dijk, id-difensur ċentrali tal-Olanda u aktar riċenti, Zlatan Ibrahimovic, l-attakkant veteran tal-Iżvezja. X’ħasra!
Iżda jekk hemm min qed jaħseb li għaliex dan hu turnament Ewropew għan-nazzjonijiet tal-UEFA, u allura suppost jesponi l-aqwa plejers Ewropej fil-mument, allura sejjer żball. Din hija lista tal-aktar għaxar plejers li jġibu valur fis-suq kalċistiku u li mhux se narawhom jilgħabu fil-Euro 2020, mhux għax se jkunu mmweġgħin iżda għaliex it-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom m’huwiex finalist f’din l-edizzjoni. Dawn l-għaxra mhux se jkunu parti mill-lista ta’ 624 plejer li se jiffurmaw parti mis-selezzjoni finali tal-24 tim finalist:
10. Stefan Savic (Serbja u Atletico Madrid) – £22 miljun
9. Marash Kumbulla (Albanija u Roma) – £24.3 miljun
8. Nikola Milenkovic (Serbja u Fiorentina) – £25.2 miljun
7. Kostas Manolas (Greċja u Napoli) – £28.8 miljun
6. Filip Kostic (Serbja u Eintracht Frankfurt) – £28.8 miljun
5. Martin Odegaard (Norveġja u Arsenal, misluf mingħand Real Madrid) – £36 miljun
4. Miralem Pjanic (Bożnja u Ħerzegovina u Barcelona) – £36 miljun
3. Sergej Milinkovic-Savic (Serbja u Lazio) – £63 miljun
2. Jan Oblak (Slovenja u Atletico Madrid) – £81 miljun
1. Erling Haaland (Norveġja u Borussia Dortmund) – £99 miljun
//= $special ?>