Lokali

Aġġornata: Jinżammu arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ 5kg droga

Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, b’akkużi relatati ma’ sejba ta’ madwar 5 kilogrammi droga. Huma nżammu arrestati minkejja li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrih.

Iktar kmieni:

Żewġt irġiel, Taljan ta’ 49 sena mill-Kalabrija u Malti ta’ 44 sena ġew arrestati wara sejba ta’ madwar 5 kilogrammi droga kokaina.

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat l-irġiel wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni fuq l-irġiel dwar suspett ta’ traffikar tad-droga. L-arrest sar il-Ġimgħa filgħaxija fejn il-Pulizija interċettawhom f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 44 sena nstab fil-pussess ta’ 3 kilogrammi ta’ sustanza aktarx kokaina filwaqt fil-pussess tar-raġel l-ieħor instabu moħbija fil-vettura tiegħu 2 kilogrammi oħra mill-istess sustanza kif ukoll ammont kbir ta’
flus kontanti.

Hu maħsub li kieku din id-droga kollha nbiegħet, il-valur tagħha kien ilaħħaq għal €250,000.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.