Futbol Sport

Barcelona jiddominaw lil Chelsea u jirbħu l-UEFA Women’s Champions League

(Ritratt: EPA)

Barcelona huma ċ-champions il-ġodda tal-UEFA Women’s Champions League wara li fil-finali iddominaw lil Chelsea u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0. Barcelona fetħu l-iskor fl-ewwel minuta meta MELANIE LEAUPOLZ tefgħet il-ballun fil-lasta tagħha stess, biex fl-erbatax-il minuta irdoppjaw minn penalty ta’ ALEXIA PUTELLAS. Fil-21 minuta Barcelona skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ AITANA BONMATI biex fis-36 minuta skorjaw ir-raba’ u l-aħħar gowl tal-partita permezz ta’ CAROLINE GRAHAM HANSEN.