Il-Uefa Champions League tan-Nisa, mill-lejla se jkollha rebbieħ ġdid fost il-klabbs rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni matul iż-żmien. Dan għaliex fil-finali li tintlagħab fid-9pm, f’Gothenburg, l-Iżvezja, il-finalisti Chelsea u Barcelona għadhom qatt ma rebħu dan it-trofew qabel. Fil-każ ta’ Chelsea, din se tkun l-ewwel darba għalihom li se jilgħabu f’din il-finali iżda l-avversarji tagħhom, Barcelona, diġa’ kienu finalisti mingħajr suċċess fil-passat.
Chelsea għadhom kemm rebħu l-Kampjonat Ingliż, l-istess kif għamlu Barcelona fi Spanja li ddominaw il-Primera Division Femenina tant li rebħu f’kull partita li lagħbu s’issa. Jekk it-tim Ingliż jirnexxilu jirbaħ din dan l-unur, ikun għalaq staġun bl-aqwa mod possibli għaliex ikun rebaħ il-quadruple. Iżda qabel din il-partita, l-akbar favoriti biex isiru champions tal-Ewropa, huma Barcelona.
//= $special ?>