Sport Sport Ieħor

Egan Bernal jirbaħ id-disa’ stadju tal-Giro D’Italia u jikseb il-flokk ir-roża

(Ritratt: Eurosport)

Egan Bernal ta’ Ineos Grenadiers rebaħ id-disa’ stadju tal-Giro D’Italia filwaqt li kiseb ukoll il-flokk ir-roża. Minkejja id-dubji li kien hemm fuq il-Kolombjan qabel il-Giro D’Italia, Bernal tbiegħed mill-kumplament taċ-ċiklisti fl-aħħar kilometru.

Giulio Ciccone ta’ Trek Segafredo u Aleksander Vlasov ta’ Astana-Premier Tech daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament, b’ Remo Evenepoel jidħol tliet sekondi wara, fir-raba’ post. Attila Valter, li kien qed itellaq bil-flokk ir-roża, ma rnexxielux iżomm il-pass u daħal fil-ħames post, biex tilef il-vantaġġ li kellu fil-klassifika overall.