EURO 2020 Sport

Il-partiti tat-tim Ingliż se jintwerew fuq screens fi Trafalgar Square

Il-partiti tat-tim nazzjonali Ingliż fil-Euro 2020 se jkunu qed jintwerew fuq screens kbar fi Trafalgar Square quddiem 9,500 partitarji mill-21 ta’ Ġunju, bl-ewwel żewġ partiti mill-fażi tal-gruppi, kontra l-Kroazja u l-Iskozja se jkunu qed jintwerew quddiem 750 ruħ.

Għadd ta’ partitarji tat-tim Ingliż fi Trafalgar Square

Is-Sindku ta’ Londra, Sadiq Khan qal li għall-ewwel żewġ partiti se jkunu allokati 750 biljett lill-frontliners li kienu strumentali matul il-pandemija. Hu kompla jgħin li l-għan hu li l-Euro 2020 jsiru f’ambjent sigur hekk kif l-Ingilterra fl-aħħar ġimgħat bdiet tirritorna għan-normalità.