Lokali

Isibu fanali tat-triq fost iktar minn 950kg fi skart minn qigħ il-baħar

Erba' gruppi t'għaddasa u voluntiera jinżlu f'qigħ tal-baħar biex jiġbru l-iskart

Il-grupp ta’ voluntiera bl-isem ta’ ‘Żibel’ ġabru madwar 954 kilogramma f’żibel miż-żona f’San Pawl il-Baħar magħrufa bħala Veccja, fejn fost l-oħrajn sabu iktar minn 100 flixkun tal-plastik u saħansitra fanali tat-triq.

Fil-fatt, huma sabu:

  • 110 flixkun tal-plastik u 6 jerrycans – 26.2kg
  • Affarijiet tas-sajd – 124.5kg
  • 54 flixkun tal-ħġieġ – 36.28kg
  • Metal – 69.42kg
  • 2 batteriji tal-karozzi u 24 batteriji regolari – 49.88kg
  • 28 tyres – 242.18kg
  • Skart imħallat – 169.9kg
  • Oġġetti oħra – 205.4kg
  • 4 fanali tat-triq
  • 2 bagi
  • Magna ta’ dgħajsa
  • Pompa ta’ dgħajsa
  • Estrattur
  • Pont li jintuża biex wieħed imur abbord dgħajsa

Ritratti: Paġna ta’ Facebook ‘Żibel’