It-tim nazzjonali Ukren żamm l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fi Kharkiv hekk kif it-tim inġabar sabiex jibda l-preparazzjonijiet għall-EURO 2020.
It-tim imexxi mill-eks player ta’ Milan fost l-oħrajn, Andriy Shevchenko se jkun qed joqgħod fis-Superior Golf & Spa Resort fejn s’issa fl-iskwadra msejjħa Shevchenko għandu 25 player li kollha jilagħbu fl-Kampjonat Ukren, bil-player l-oħra li jilagħbu barra l-pajjiż mistennija jingħaqdu mal-bqija tat-tim aktar tard dan ix-xahar.
L-istilla tat-tim Yevhen Konoplyanka huwa dubbjuż jekk huwiex se jkun eleġibbli li jilgħab fil-EURO 2020 hekk kif bħalissa jinsab jirkupra minn injury. L-Ukranja se jkunu qed jilagħbu fi Grupp C flimkien mal-Awstrija, l-Olanda u l-Maċedonja.
Il-lista ta’ players imsejjħa mill-coach Andriy Shevchenko hija u li bħalissa jinsabu jitħarrġu f’Kharkiv huma:
Goalkeepers: Heorhiy Bushchan (Dynamo), Andriy Pyatov, Anatoliy Trubin (Shakhtar).
Difensuri: Oleksandr Karavayev, Ilya Zabarny, Vitaliy Mykolenko, Oleksandr Tymchyk, Oleksandr Syrota, Denis Popov (kollha – Dynamo), Mykola Matvienko, Serhiy Kryvtsov, Viktor Kornienko (kollha – Shakhtar).
Midfielders: Taras Stepanenko, Marlos, Georgy Sudakov (kollha – Shakhtar), Serhiy Sidorchuk, Mykola Shaparenko, Vitaliy Buyalsky, Viktor Tsygankov, Bohdan Lednev (all – Dynamo), Artem Bondarenko (Mariupol), Yevhen Makarenko (Korte “, Belġju), Alexander Zubkov (” Ferencvaros “, Ungerija).
Attakkanti: Artem Dovbyk (Dnipro-1), Artem Besedin (Dynamo)
//= $special ?>