Sport Sport Ieħor

Jack Miller jirbaħ il-Grand Prix ta’ Franza

Jack Miller ta’ Ducati rebaħ il-Grand Prix ta’ Franza, fiċ-ċirkwit ta’ Bugatti f’ħin ta’ 47:25:473 segwit minn Johann Zarco fit-tieni post filwaqt li fit-tielet post daħal Fabio Quartararo.

Fir-raba’ post temm it-Taljan Francesco Bagnaia fuq Ducati segwit minn Danilo Petrucci ta’ KTM fil-ħames post. L-Ispanjol Alex Marquez temm fis-sitt post filwaqt li l-Ġappuniż Takaaki Nakagami spiċċa fis-seba’ post, b’ Pol Espargaro jispiċċa fit-tmien post.

L-Ispanjoli Iker Lecuona daħal fid-disa’ post filwaqt li Maverick Vinales temm fl-għaxar post, b’ Valentino Rossi jispiċċa fil-ħdax-il post.