Sport Sport Ieħor

Jeremy Zammit jirbaħ l-Atlas Atleta tax-Xahar għal April

Jeremy Zammit ta’ Pembroke Athleta rebaħ l-Atlas Atleta tax-Xahar għal April, wara li rnexxielu jikseb il-midalja tad-deheb fit-tielet edizzjoni tal-EAP International meeting li sar f’Catania ix-xahar li għadda.

Din kienet eserjenza unika għal Zammit hekk kif il-qabża ta’ 7.14 metri fil-long jump mhux biss tagħtu l-midalja tad-deheb iżda wkoll waqqaf record nazzjonali fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena.

28 atleta Malti ħadu sehem f’dan l-avveniment internazzjonali bl-atleti Maltin jirnexxielhom jiksbu 14-il midalja, b’sitta minnhom ikunu tad-deheb.

It-trofew għax-xahar ta’ April kien preżentat minn Matthew von Brockdorff Managing Directo u Chief Executive Officer ta’ Atlas Insurance. Dan l-unur qed jingħata fuq inizjattiva bejn Malta Sports Journalists Association u Atlas Insurance.