Lokali

Jispiċċaw maqfulin fil-lukanda minħabba każi pożittivi tal-COVID-19

Fl-aħħar ħin, Destiny ħabbret li mhix se tkun fiżikalment preżenti għall-ftuħ tal-Eurovision Song Contest li se jsir illejla minħabba li xi persuna jew persuni ttestjaw pożittivi għall-COVID-19.

Fil-fatt, f’post fuq Facebook, hi qalet li minħabba restrizzjonijiet u protokolli tal-COVID-19 se jkollha tinqafel fil-lukanda flimkien maż-żeffiena, fost l-oħrajn.

Il-manager, Howard Keith Debono saħaq li attività tal-massa bħal mhu l-Eurovision Song Contest mhux faċli matul żmien bħal dan. Hu qal li bħalissa qed jistennew fil-kmamar tal-lukanda tagħhom għall-istruzzjonijiet hekk kif is-saħħa hi prijorità.