Basketball Sport

Kobe Bryant jiddaħħal fil-Hall of Fame minn Michael Jordan

Kobe Bryant iddaħħal fin-Naismith Memorial Hall of Fame minn Michael Jordan, f’Ċerimonja li saret fil-Mohegan Sun Resort, f’Conneticut, l-Istati Uniti.

Kobe Bryant tilef ħajtu traġikament f’Jannar tal-2020, flimkien ma’ bintu Gianna Bryant, u ħames persuni oħra, wara li ġġarraf il-helicopter li kienu qegħdin fuqu. Hu kien preżentat b’dan l-unur mil-leġġenda Michael Jordan, bil-mara ta’ Bryant, Vanessa, tirċievi l-unur f’ismu.

Kobe Bryant irtira mill-Basketball fl-2016, wara karriera twila ma’ Los Angeles Lakers, fejn rebaħ l-MVP fl-2008, kien MVP f’żewġ finali filwaqt li kien ntgħażel għal tmintax-il darba għal-logħba tal-All Stars.

Bryant kien ukoll parti mit-timijiet Olimpiċi Amerikani fl-2008 u fl-2012. Iċ-ċerimonja tal-Hall of Fame tal-2020 kienet posposta b’sena minħabba l-pandemija tal-Covid 19.

Flimkien ma’ Bryant, inaqgħdu wkoll fil-Hall of Fame il-ħames darbiet champion tal-NBA ma’ San Antonio Spurs Tim Duncan, kif ukoll Kevin Garnett, li rebaħ t-titlu mal-Boston Celtics, lura fl-2008.