Lokali

Kontroversja dwar il-każin Laburista f’ta’ Sannat

Il-Kummissjoni Maltija tal-Films, li hi mmexxija minn Johann Grech bħala Chairman, qed tkun iffaċċjata b’għadd ta’ mistoqsijiet dwar is-sehem tagħha fil-kiri tal-Każin Laburista f’Ta’ Sannat lil kumpanija Żvediża li qed tiġbed serje televiżiva bl-użu ta’ dan il-Każin Laburista f’Għawdex.

Sorsi li tkellmu mal-gazzetta il-mument żvelaw kif attwalment il-Każin Laburista f’Ta’ Sannat qed jintuża għall-ġbid ta’ din is-serje televiżiva. U qalulna li huma m’għandhom l-ebda dubju li wara l-għażla ta’ dan il-Każin hemm l-imbuttatura tal-Kummissjoni Maltija tal-Films, immexxija minn Grech ….li allegatament serviet bħala pont bejn l-istess kumpanija Żvediża u l-Partit Laburista, li minn tali kirja għal Każin magħluq qed idaħħal għexieren ta’ eluf ta’ ewro.

Diversi Ghawdxin qed iqajjmu bosta mistoqijiet -fosthom kif oriġinat din il-kirja, kemm tiswa’ din il-kirja, x’tinkludi din il-kirja.

Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech jibqa’ fiċ-ċentru ta’ allegazzjonijiet serji ħafna fil-konfront tiegħu mill-Assoċċjazzjoni tal-Produtturi tal-Films Maltija li kienet talbet ir-riżenja tiegħu.

Din it-talba għar-riżenja tiegħu kienet saret wara l-allegazzjonijiet li l-Kummissjoni tal-Films kienet qed tippromwovi b’mod selettiv ċerti kumpaniji tal-films lokali ma’ produtturi internazzjonali u qed teskludi oħrajn fl-istess industrija.

Grech kien cahad l-allegazzjonijiet illi kienu saru fil-konfront tieghu.