Internazzjonali

L-Iran: Taqbida bejn konservattivi għall-Presidenza

Il-kap tal-ġudikatura tal-Iran, Ebrahim Raisi u l-eks Speaker tal-Parlament, Ali Larijani, irreġistraw il-kandidatura għall-elezzjoni tax-xahar id-dieħel għall-Presidenza Iranjana. Raisi u Larijani huma konservattivi b’rabtiet mill-qrib mal-Mexxej Suprem tal-Iran, l-Ayatollah Ali Khamenei. Intant, huma t-tnejn qed jissemmew bħala ‘favoriti’ għall-Presidenza Iranjana li għall-aħħar snin kienet ir-responsabbiltà ta’ Hassan Rouhani – politiku meqjus bħala moderat.

Rouhani ma jistax jikkuntesta għal tielet mandat tal-Presidenza skont il-kostituzzjoni tal-Iran fundamentalista.

Sadanittant, ‘il fuq minn 300 oħra applikaw biex jikkuntestaw l-elezzjoni għall-Presidenza u li issa jridu jkunu ‘evalwati’ minn Istituzzjoni magħrufa bħala l-Kunsill (Iranjan) tal-Gwardjani tal-Kriterji Iżlamiċi.